Illum l-10 ta’ Frar jaħbat l-Jum Internazzjonali għall-Epilessija u kien għalhekk li l-Caritas Malta Epilepsy Association ħarġet fuljett għal dan il-Jum speċjali biex tkompli toħloq iktar għarfien dwar din il-kundizzjoni li għalkemm issir ħafna ħidma dwarha, sfortunatament għad hawn stigma dwar din il-kundizzjoni.
Il-President ta‘ Caritas Malta Epilepsy Association, is-Sur Frank Portelli, kompla jħeġġeġ lil dawk li huma milquta minn din il-kundizzjoni biex jagħmlu kuntatt ma‘ Caritas Malta biex ikunu jistgħu jibdew jattendu laqgħat fejn ma‘ membri oħra jiġu dejjem mgħarrfa b’dawk l-għodod u ħiliet li minn żmien għal żmien qed tippubblika Caritas Malta Epilepsy Association.
Il-Fuljett li ħareġ b’risq il-Jum Internazzjonali jispjega li f’Malta hawn madwar 5000 persuna milquta minn din il-kundizzjoni u għandha ssir iktar pressjoni biex titnaqqas l-istigma, għandu jkompli jitkattar iktar għarfien, jinstabu iktar fondi għar-riċerka, aktar empatija, għajnuniet għall-impjieg xieraq, ners li tkun speċjalizzata fuq l-epilessija, u wkoll mediċini ġodda bħal rescue medicine.
Il-fuljett ikompli jispjega li l-Epilessija hija kundizzjoni li ma tidhirx, 70 fil-mija tal-persuni b’din il-kundizzjoni jsibu kontroll tal-aċċessjonijiet bil-mediċina u wkoll li l-epilessija ma titteħidtx. Ikompli jispjega wkoll kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna meta jkun hemm aċċessjoni u dettalji ta‘ kif persuna tagħmel kuntatt ma‘ Caritas Malta Epilepsy Association