Il-coach nazzjonali tan-nisa, Manuela Tesse. sejħet skwadra proviżorja ta’ 27 plejer bi tħejjija għaż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija tal-ġimgħa d-dieħla.
Iż-żewġ logħbiet skedati huma parti mill-Partiti ta’ Ħbiberija Internazzjonali tan-Nisa VisitMalta li se jkunu qed jintlagħbu fit-Tony Bezzina Stadium.
Malta se tibda l-impenji tagħha kontra l-Gżejjer Faroe, fit-22 ta’ Frar, qabel jilagħbu kontra l-Belarus il-Ħadd 25 ta’ Frar.
Dawn il-partiti ta’ ħbiberija se jkunu l-ewwel impenji tal-2024 wara kampanja ta’ suċċess fil-UEFA Nations League, li rat lil Malta tirbaħ il-fażi tal-gruppi u tirreġistra promozzjoni storika għal League B f’Diċembru li għadda.
Manuela Tesse mistennija jkollha l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ mal-players kollha nhar it-Tnejn filgħaxija qabel ma tipproċedi fit-tirqim tal-iskwadra u tħabbar sejħa finali.
Skwadra Proviżorja:
Goalkeepers: Maya Cachia (Como, Italja), Patricia Ebejer (Mġarr Utd FC), Janice Xuereb (Birkirkara FC).
Difensuri: Rebecca Bajada (Mgarr Utd FC), Amy Busuttil (Hibernians FC), Jessica Dimech (Swieqi Utd FC), Tammy Falzon (Swieqi Utd FC), Stephania Farrugia (Birkirkara FC), Emma Lipman (Como, Italja), Georgiana Mifsud (Valletta FC), Valentina Rapa (Birkirkara FC), Ann Marie Said (Birkirkara FC), Charlene Zammit (Birkirkara FC), Sarah Urpani (Hibernians FC).
Midfielders: Brenda Borg (Mġarr Utd FC), Kayleigh Chetcuti (Hibernians FC), Rachel Cuschieri (Sampdoria, Italja), Veronique Mifsud (Birkirkara FC), Dorianne Theuma (Swieqi Utd FC), Gabriella Zahra (Birkirkara FC), Shona Zammit (Swieqi Utd). FC).
Attakkanti: Haley Bugeja (Inter, Italja), Yulya Carella (Mgarr Utd FC), Ylenia Carabott (London Seaward FC, England), Maria Farrugia (Lewes FC, Ingilterra), Jade Flask (Swieqi Utd FC), Alishia Sultana (Birkirkara FC).