Monday, October 19, 2026
Home Sport Football tan-Nisa: Sarina Wiegman iġġedded il-kuntratt tagħha mal-Ingilterra sal-2029

Football tan-Nisa: Sarina Wiegman iġġedded il-kuntratt tagħha mal-Ingilterra sal-2029

0
48

Il-coach tat-team nazzjonali tan-nisa tal-Ingilterra, Sarina Wiegman, iffirmat kuntratt ġdid li se jżommha fit-tmexxija tal-Lionesses sa tmiem il-Kampjonat Ewropew  tal-2029.

Il-coach Olandiża ta’ 56 sena ilha fit-tmexxija tal-Ingilterra minn Settembru tal-2021 u mexxiet lit-team għar-rebħ tal-Kampjonat Ewropew fl-2022 u fl-2025, kif ukoll għall-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2023, fejn l-Ingilterra kienet tilfet kontra Spanja.

Wiegman, li kienet rebħet ukoll l-Euro mal-Olanda fl-2017, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha u l-għan tagħha huwa li tgħin lill-Ingilterra tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2027, fil-Brażil. L-estensjoni se tagħtiha wkoll l-opportunità li tipprova twassal lill-Ingilterra għat-tielet titlu Ewropew konsekuttiv fl-2029.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here