Nhar il-Ħadd, fil-Gozo Stadium, intlagħbu żewġ logħbiet mis-sitt ġurnata tal-Ewwel Diviżjoni tal-Kampjonat BOV GFA f’Għawdex.
Xagħra United 0-2 Sannat Lions
Sannat Lions kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat dan l-istaġun. Mailson Lima Duarte Lopes fetaħ l-iskor wara 20 minuta, u aktar tard, fit-58 minuta, Tristan Grech irdoppja l-vantaġġ għat-tim tiegħu.
Qala Saints 1-0 Għajnsielem
Qala Saints kisbu rebħa importanti kontra l-mexxejja tal-kampjonat, Għajnsielem, grazzi għal gowl ta’ Roberto Monteiro Rondinely fl-44 minuta.
Fit-tieni taqsima tkeċċew tliet plejers: Kevin Farrugia (mill-bank tas-sostituti) u Emanuel Buttigieg għal Qala, filwaqt li Stefan Cassar tkeċċa min-naħa ta’ Għajnsielem.
Klassifika – 18 ta’ Ottubru 2026
Għajnsielem 12-il punt, Qala Saints 10, Xewkija Tigers 9, Kerċem Ajax 7, SK Victoria Wanderers 7, Xagħra United 4, Sannat Lions 3.
Qala naqqsu d-distakk fil-quċċata għal żewġ punti biss, filwaqt li Sannat fl-aħħar kisbu l-ewwel tliet punti tagħhom.




