Wednesday, July 22, 2026
Home Sport Format Ġdid għall-Premier League

Format Ġdid għall-Premier League

0
215

Il-clubs li jifformaw il-Malta Premier League llum ivvotaw favur format ġdid għall-ogħla diviżjoni tal-football Malti għall-5 snin li ġejjin.

Il-format il-ġdid, ibbażat fuq is-sistema tal-Amerika ta’ Isfel magħrufa bħala Apertura u Clausura, se jkollu Opening u Closing Rounds bil-possibilta’ ta’ playoffs.

Issa l-proposta se tgħaddi għand l-Eżekuttiv tal-MFA wara li diġa’ saret diskussjoni mal-amministrazzjoni tal-MFA.

Id-dettalji se jiġu spjegati pubblikament kif jgħaddi dan il-proċess.