Francesca Mercieca fi triqitha lejn Puerto Rico biex tirrappreżenta lil Malta fil-75 edizzjoni tal-Miss Universe! 

Aqra wkoll

Francesca Mercieca issa tinsab uffiċjalment fi triqitha lejn Puerto Rico, fejn se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-75 edizzjoni tal-kompetizzjoni prestiġjuża Miss Universe!  

B’entużjażmu, determinazzjoni u kburija, Francesca lesta biex tieħu l-palk internazzjonali u tgħix waħda mill-isbaħ esperjenzi ta’ ħajjitha. Din hija opportunità straordinarja għaliha biex turi s-sbuħija, il-personalità u l-ispirtu Malti quddiem udjenza internazzjonali.

Iżda issa wasal il-mument li ningħaqdu lkoll warajha!

Francesca għandha bżonn l-appoġġ tagħkom! Ejja nuru kemm aħna kburin biha, nappoġġaw lit-tim ta’ Miss Universe Malta u ningħaqdu f’din il-mixja lejn kisba storika oħra għal pajjiżna.

Ejja nkunu vuċi waħda għal Malta u nagħtu lil Francesca l-appoġġ kollu li jistħoqqilha!

Awguri Francesca! Malta kollha warajk! 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport