Francesco Camarda għaddej minn mument maġiku fejn fl-eta’ ta’ 16-il sena diġa’ lagħab żewġ partiti mat-tim tal-kbar ta’ AC Milan. Mhux hekk biss iżda hu skorja 13-il gowl fi staġun sħiħ bejn kampjonat Primavera, it-tazza relatata ma’ din il-kategorija ta’ eta’ kif ukoll l-Euro Youth League.
Milan jinsabu motivati sabiex jagħtuh aktar spazju bil-plejer li qed iżomm saqajh mal-art u kemm-il darba qal li għad fadallu x’jitgħallem.
Camarda qal li l-objettiv tiegħu issa hu t-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt is-17-il sena fejn se jkunu qed jilagħbu fit-tazza Ewropea.