Sunday, November 1, 2026
Home Sport Malta Premier League: Titħassar il-partita bejn Gzira Utd u Marsaxlokk

Malta Premier League: Titħassar il-partita bejn Gzira Utd u Marsaxlokk

0
67
Ritratt: Cristian Muscat

Tħassret il-partita tal-Malta Premier League bejn Gzira United u Marsaxlokk li kienet skedata għas-7.00 pm f’Tony Bezzina Stadium, f’Kordin, minħabba kundizzjonijiet tal-pitch xejn ottimali wara l-maltemp li kkaratterizza lill-Gżejjer Maltin fis-sigħat ta’ qabel fosthom fid-Derby bejn Floriana u Valletta.

Id-deċiżjoni ġiet meħuda mir-referee Fyodor Zammit flimkien maż-żewġ captains Nikolai Muscat għal Marsaxlokk u Gabriel Bohrer Mentz għal Gzira United wara li spezzjonaw il-ground flimkien.

Il-Malta Premier League tkun qed tikkomunika data għal iktar tard meta se tkun qed titnlagħab din il-partita. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here