Minn Cristian Muscat
FLORIANA……….. 0
VALLETTA………… 1
Valletta rebħu d-derby tant mistenni kontra r-rivali eterni Floriana bl-iskor minimu ta’ 1-0, biex saħħew posthom fil-quċċata tal-kalssifika u b’hekk ikkundannaw lill-Greens għat-tieni telfa konsekuttiva u għall-ħames partita in fila mingħajr rebħa.
Ta’ nota huwa l-fatt li għal Floriana ddebutta fuq il-bank il-coach Spanjol, Carlos Alos Ferrer, li xejn ma kien wieħed feliċi għalih.
Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta Andrea Zammit avvanza fil-kaxxa iżda kellu x-xutt salvat mill-goalkeeper ta’ Floriana, Guilherme Cioletti.
Il-Beltin komplew jheddu u fit-13-il minuta, Diogo Tavares ittanta xortih b’xutt angolat minn tarf il-kaxxa li ntemm ftit barra.
Fit-22 minuta reġa’ kien Tavares li ħoloq il-periklu għal-Liywhites meta din id-darba kellu cross-shot li ġie salvat b’diffikultá minn Cioletti. Minuta biss wara, Andrea Zammit kellu xutt b’saħħtu li ġie salvat għal darb’oħra minn Cioletti.
U proprju fl-ewwel periklu li ħoqlu fl-24 minuta, Floriana tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Stephen Odey ikkontrolla tajjeb qabel it-tenattiv tiegħu għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta.
Tliet minuti wara, l-Ispanjol ta’ Floriana, Federico Varela, falla l-mira għal ftit minn free-kick.
Fit-42 minuta, Valletta reġgħu ħolqu l-periklu meta l-captain Brandon Paiber indirizza free-kick fil-kaxxa avversarja iżda ħadd minn sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun, li finalment intemm barra, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.
It-tieni taqsima kienet diffiċli għaż-żewġ settijiet ta’ players biex jikkontrollaw il-ballun minħabba l-kundizzjoni tal-ground wara x-xita li bdiet nieżla.
Iżda fis-60 minuta, Valletta fetħu l-iskor meta Cioletti salva parzjalment bil-ballun jaħbat ma’ player ta’ Floriana u mbagħad mal-Kroat ROKO PRSA u jintemm ġewwa.
Fis-86 minuta, Floriana appellaw għall-penalty meta l-goalkeeper ta’ Valletta, Adilson Maringa, deher li allegatament waqqa’ lil Stephen Odey fil-kaxxa, iżda r-referee Slobodan Petrovic, wara li kkonsulta l-FVS, ma ordna l-ebda penalty.
Floriana: Guilherme Cioletti, Myles Beerman (Yassine Jbira 80), Alexander Kauan (Robert Muric 86), Paul Mbong, Federico Varela, Dunstan Vella (Kenan Dervisagic 69), Alen Kurtalic, Manuel Gustavo Romano, Owen Spiteri, Carlo Zammit Lonardelli, Stehen Odey Coach – Coach: Carlos Alos Ferrer
Valletta: Adilson Maringa, Mattias Ellul, Ermin Bicakcic, Andrea Zammit, Bruno Gomes de Oliveira (Alex de Aguilar Gomes 72), Brandon Paiber (Yannick Yankam 80), Diogo Tavares, Roko Prsa (Jake Azzopardi 72), Petar Sekulovic, Emmanuel Moise Mbende (Mohamad Sylla 80), Thaylor Aldama (Ignacio Manuel Morello 86) – Coach: Thane Micallef
Referee: Slobodan Petrovic
assistenti: Duncan Sultana, Kurt Saliba
Raba’ Uff.: Ezekiel Barbara
Skorer: R. Prsa 60 (V)
Ammoniti: S. Odey 5 (F), M. Ellul, R. Prsa, T. Aldama (V)
Player tal-Logħba: Thaylor Aldama (V)




