Lorin Scicluna ta’ 29 sena minn Raħal Ġdid, instab mhux ħati għall-qtil ta’ Lassine Cisse Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju, f’April tal-2019 f’Ħal Far.
Wara tmien sigħat ta’ deliberazzjoni mid-disa’ ġurati, il-verdett sabu lil Scicluna mhux ħati b’8 voti kontra 1 fuq l-ewwel kap t’akkuża – dak tal-qtil ta’ Cisse.
Scicluna kien qed jiġi akkużat ukoll bl-attentat ta’ qtil ta’ Ibrahim Bah u Mohammed Jallow li wkoll kienu sofrew ġrieħi fl-isparatura. Dan flimkien mal-attentat ta’ qtil ta’ May Malimi li kien tħalla minxur mal-art wara li ttajjar minn karozza misjuqa Scicluna stess.
Dawn huma l-kapi ta’ akkuża u l-verdett tal-ġurati:
L-ewwel kap t’akkuża – Omiċidju volontarju ta’ Lassana Cisse Souleymane – 8 voti favur u wieħed kontra 1 mhux ħati.
It-tieni kap t’akkuża – Tentattiv ta’ omiċidju volontarju ta’ Mohammed Jallow – 8 -1 mhux ħati.
It-tielet kap t’akkuża – Tentattiv ta’ omiċidju volontarju ta’ Ibrahim Bah – 8 – favur u wieħed kontra – mhux ħati
Ir-raba’ kap t’akkuża – Feriti ta’ natura gravi fuq Mohammed Jallow permezz ta’ arma regolari – 6 favur u 3 kontra – mhux ħati
Il-ħames kap t’akkuża – Feriti ta’ natura ħafifa fuq Ibrahim Bah permezz ta’ arma regolari – 6 favur u tlieta kontra – mhux ħati
Is-sitt kap t’akkuża – Pussess ta’ arma tan-nar waqt il-kommissjoni ta’ delitt – 6 favur u 3 kontra mhux ħati
Is-seba’ kap t’akkuża – Tentattiv ta’ omiċidju volontarju ta’ May Malimi – 8 favur u wieħed kontr – mhux ħati
It-tmiem kap t’akkuża – Feriti ta’ natura gravi fuq May Malimi – sitta favur u tlieta kontra – hati
Id-disa’ kap t’akkuża – Użu ta’ vettura mingħajr numru ta’ reġistrazzjoni – 9 -0 – ħati.
Is-sentenza differita għall-4 ta’ Novembru fin-12:30.
