Sunday, November 1, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Arsenal jegħlbu lil Liverpool f’Anfield wara 14-il sena

Premier League Ingliż: Arsenal jegħlbu lil Liverpool f’Anfield wara 14-il sena

0
57

Arsenal kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Liverpool f’Anfield biex temmew sensiela ta’ 14-il sena mingħajr rebħa u b’hekk telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika tal- Premier League Ingliż.

Kai Havertz skorja l-uniku goal tal-partita fl-ewwel taqsima wara cross perfett ta’ Declan Rice. 

Liverpool ippruvaw jirrispondu, iżda sabu lil David Raya attent, filwaqt li xutt ta’ Florian Wirtz ħabat mal-mimduda.

Fit-tieni taqsima, Arsenal irnexxielhom jikkontrollaw il-logħba u żammew il-vantaġġ sal-aħħar. 

Din kienet is-17-il rebħa tagħhom fl-aħħar 20 partita tal-kampjonat u t-300 rebħa barra minn darhom fil-Premier League.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here