Wednesday, July 24, 2024

Frans Kratzig iġedded ma’ Bayern Munich

Aqra wkoll

Il-winger żagħżugħ ta’ Bayern Munich Frans Kratzig ġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim mill-Bavarja sas-sena 2027. Dan il-plejer ġie promoss għat-tim tal-kbar wara sitt snin jilgħab mat-tim taż-żgħażagħ tal-klabb.

Fil-fatt il-kowċ Thomas Tuchel tah iċ-ċans jilgħab fir-rebħa ta’ 7-0 kontra Bochum u fid-DFB Pokal kontra Munster fejn hu skorja wieħed mill-gowls fir-rebħa tajba ta’ 4-0.

Kratzig qal li jinsab kuntent ferm li ġedded il-ftehim tiegħu mal-aqwa klabb fil-Ġermanja u lest għall-avventuri oħra ma’ dan it-tim.

Ekonomija

Sport