Saturday, May 4, 2024

F’Texas: Projbit li jitwettaq abort wara sitt ġimgħat tqala

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Istat ta’ Texas għadu kemm għadda liġi li tipprojbixxi l-abort wara sitt ġimgħat tqala.

Il-liġi, li qiegħda titqies bħala waħda mill-aktar ristrettivi fil-pajjiż, wara li l-Qorti Suprema ma weġbitx għall-appell ta’ dawk li jiffavorixxu l-abort.

Gruppi favur id-drittijiet tat-tobba u n-nisa kkritikaw bil-qawwa din il-liġi.

B’hekk issa kulħadd għandu dritt ifittex bil-qorti tobba li jwettqu abort fuq nisa li jaqbżu s-sitt ġimgħat tqala.

Huwa stat li madwar 90 fil-mija tal-aborti f’Texas isiru wara sitt ġimgħat ta’ tqala.

Sport