Monday, April 29, 2024

Ftit aktar każi ġodda minn fejqan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,025 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 53 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 50 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 667.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 41 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm tlieta li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 436 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sas-Sibt ngħataw total ta’ 791,240 doża. Minn dawn 410,856 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 409,136 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport