Friday, April 19, 2024

Boris Johnson jerġa’ jagħmilha… imur jixtri bla maskra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Boris Johnson spiċċa mill-ġdid fuq l-aħbarijiet wara li reġa’ għamel waħda minn tiegħu. Il-Prim Ministru Ingliż deher iħokk rasu wara li kien qiegħed jagħmel ix-xirja mingħajr maskra.

Huwa jidher li kien qiegħed jixtri xi affarijiet minn supermarket f’Londra wara li kien għadu kemm attenda għal laqgħa b’rabta mal-kriżi fl-Afganistan.

Skont l-awtoritajiet fl-Ingilterra, il-poplu mistenni jgħatti wiċċu f’postijiet li fihom jinġemgħu n-nies u f’postijiet li fihom ikun hemm kuntatt bejn grupp ta’ persuni li normalment ma jiltaqgħux.

Meta kien qiegħed iħabbar xi miżuri fid-19 ta’ Lulju, Johnson qal “Jien ovjament se nibqa’ nilbes l-maskraf’postijiet li fihom ikun hemm persuni miġburin u li ma nkunx nafhom. Dan mhux biex nkun ta’ eżempju iżda anke biex nipproteġi lil ħaddieħor”.

Sport