Wednesday, December 25, 2024

Fusion Phoenix – Champions tal-Kampjonat BOV Amateur tal-Basketball

Aqra wkoll

Fusion Phoenix huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV Amateur tal-Basketball.

Fusion għelbu lil Mosta Tigers bl-iskot ta’ 96-88 fit-tielet logħba tal-playoff finali fuq ħames logħbiet biex għalqu s-serje 3-0 wara r-rebħiet dominanti tagħhom 110-82 u 110-81 fl-ewwel 2 logħbiet.

Ernest Agius, Chief Operations Officer fi ħdan il-Bank of Valletta u Josep Muscat, Sgretarju Ġenerali tal-Malta Basketball Association ippreżentaw il-midalji u t-Trophy liċ-champions il-ġodda

Miladin Cubic ta’ Fusion ġiet iddikjaratat l-Aqwa Plejer (MVP) tas-Serje Finali tal-Playoffs fejnn kiseb xejn inqas minn 104 punti fl-ewwel żewġ logħbiet tas-serje finali imma sfortunatament ma setax ikun preżenti għat-tielet logħba.

Ir-relazzjoni bejn il-Bank of Valletta  u l-Malta Basketball Association tmur lura għas-snin tmenin u din hija l-itwal kollaborazzjoni li tal-BOV li din is-sena qed jiċċelebra l-50 Anniversarju tiegħu.

Ekonomija

Sport