Thursday, December 26, 2024

Futsal: Ħames timijiet fl-ewwel post

Aqra wkoll

Ħames timijiet jinsabu fl-ewwel post tal-Enemed Futsal League wara l-aħħar riżultati li kellna mir-raba’ ġurnata ta’ logħob.

Iċ-champions Luxol St Andrew’s, friski mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-UEFA Futsal Champions League, iddominaw il-konfront kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena tant li rebħu 7-1.

Jefferson Breno u Jhon Castro Pulido skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Mark Zammit, Nathan Cope u Lucas da Conceicao niżżlu wkoll isimhom fost l-iskorers.

L-uniku gowl taż-żgħażagħ Maltin ġie skorjat minn Luca Suda.

Referees kienu Clint Cassar u Marco La Rosa.

Swieqi United rebħu l-battalja kontra Ħamrun SC 4-3. Kienet logħba ferm sabiħa bi Swieqi li dejjem kienu minn fuq iżda bil-Ħamruniżi li dejjem baqgħu fil-logħba minkejja li fl-aħħar mill-aħħar ma ħadu l-ebda punti.

Gregory Busuttil skorja doppjetta għal Swieqi filwaqt li Marcelo Alarcon u Rodrigo Rocha żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Rodney Debono, Amin Louati u Hamza Harrat kienu l-awturi tal-gowls Ħamruniżi.

Referees kienu Stephen Vella u Clinton Cassar.

Ta’ Xbiex ukoll telgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara skor ta’ 4-2 kontra Marsaskala Legends.

Giancarlo Sammut, Bernardo Rosa, George Frendo u awtogowl ta’ Amir Ashtiyani kienu l-awturi tal-gowls għar-rebbieħa.

Cristian Fernandez u Hugo Vinicius skorjaw għall-Iskalin.

Referees kienu Clinton Cassar u Margretus Van der Val Gezinus.

L-Universita’ ta’ Malta komplew bil-mument pożittiv tagħhom wara li għelbu lil GŻR Birżebbuġa St Peter’s Futsal 5-0.

Aaron Montebello, Andre Cachia, Steven Camilleri, Luke Anthony Borg u awtogowl ta’ Armando Gjepali iddeċidew il-konfront favur l-Universitarji.

Referees kienu Danilo Francalanza u Margretus Van der Val Gezinus.

KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE

Luxol St Andrew’s, Swieqi United , University of Malta, Marsaskala Legends, Ta’ Xbiex 9, Selezzjoni Maltija U19 3, Ħamrun SC NCMB, Gżr Birżebbuġa St Peter’s Futsal, Selezzjoni Maltija U17 0

Ekonomija

Sport