Marsaxlokk kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata fil-Fuel 10K Under 16 Futsal League meta għelbu lil Pembroke 9-1.
Ix-Xlukkajri kienu kmandi assoluti ta’ dan il-konfront fejn kellhom lil Luca Grima li skorja erba’ gowls. Zean Spagnol s u Liam Galea skorjaw doppjetta kull wieħed b’Kerian Cassar Caruana li wkoll sab ix-xibka.
Pembroke skorjaw l-uniku gowl tagħhom minn Nicholas Axiak.
Referees kienu Jonathan Balzan u Stefania Bonnici.
Sliema Wanderers rebħu l-isfida iebsa li tawhom Naxxar Lions 3-2.
Kienet logħba li s-Slimiżi kienu dejjem minn fuq iżda n-Naxxarin qatt ma ċedew pulzier.
Mohamed Atiga, Jacques Pace u Lyran Portelli skorjaw il-gowls tal-Blues bil-Lions li kellhom lil Adam Meli u Eric Briffa li niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Referees kienu Stefania Bonnici u Jonathan Balzan.
Dan il-kampjonat ikompli llum b’żewġ partiti fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke hekk kif fil-4.45pm, Luqa St Andrew’s jilagħbu kontra Lija Iklin filwaqt li Floriana jaffaċċjaw lil Mosta fis-6pm.