Fl-unika logħba li kellna l-ġimgħa l-oħra mill-Fuel 10K Under 16 League, Marsaxlokk għelbu lil Pembroke Athleta 6-4.
Kienet logħba ferm emozzjonanti b’Pembroke li kienu qed jirbħu 2-0 iżda b’Marsaxlokk li kienu kapaċi jaqilbu l-iskor favur tagħhom.
Raffaele di Lecce skorja doppjetta inizjali għal Pembroke għalkemm Dejan Calleja u Zean Spagnol ġabu l-iskor indaqs għal Marsaxlokk.
Luke Guillaumier reġa’ poġġa lil Pembroke minn fuq għalkemm Dejan Calleja għaqqad doppjetta personali u għamel l-iskor 3-3.
Minkejja li Luke Guillaumier reġa’ skorja għal Pembroke, Marsaxlokk qalbu r-riżultat favurihom b’doppjetta ta’ Zean Spagnol u Kieran Caruana Falzon.
Sadanittant, il-Fuel 10K Under 16 League ikompli llum b’żewġ partiti fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, fejn fil-4.45pm Luqa St Andrew’s jilagħbu kontra Mosta filwaqt li fis-6pm, Birżebbuġa Windmills jaffaċċjaw lil Marsaskala.