Naxxar Lions kisbu rebħa diffiċli meta f’logħba mimlija gowls għelbu lil Pieta’ Hotspurs 8-6 fil-Fuel 10K Youth Futsal League. Wara li n-Naxxarin kienu minn taħt sa tmiem l-ewwel taqsima, ir-reazzjoni tagħhom kienet furjuża tant li qalbu l-iskor favurihom u spiċċaw rebħu l-partita.
Alexander Matthew Lake skorja tliet gowls, Jake Pace kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Kaydil Mangion, Adam Meli u Kraig Borg niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Pieta’ skorjaw il-gowls tagħhom wara tripletta ta’ Kuylon Aquilina u doppjetta ta’ Gianluca Camilleri sabiex Zac Borg żied ieħor.
Referees kienu Jonathan Balzan u Sara Kankaras.
Marsaxlokk rebħu d-derby tan-nofsinhar ta’ Malta meta għelbu lil Birżebbuġa 8-2.
Ix-Xlukkajri kellhom lil Liam Galea li spikka wara li skorja erba’ gowls filwaqt li Luca Grima wettaq tripletta personali. Dejean Galea għaqqad l-iskor għat-tim tiegħu.
Luis Rapce skorja l-uniċi żewġ gowls għal Birżebbuġa.
Referees kienu Jonathan Balzan u Sara Kankaras.