Tuesday, April 1, 2025

Futsal U16: Luqa St Andrew’s u San Ġwann b’rebħiet importanti għall-klassifika tagħhom

Aqra wkoll

Luqa St Andrew’s u San Ġwann kisbu tliet punti importanti sabiex tejbu l-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika tal-Fuel 10 K Under 16 League.

Luqa St Andrew’s iddominaw il-konfront kontra Birżebbuġa Windmills 11-0. Din ir-rebħa għenet lil-Luqin jitilgħu fit-tieni post b’punti daqs Marsaxlokk.

Lyon Testa, Zac Zammit, Sven Bonello u Matthias Spiteri skorjaw doppjetta kull wieħed b’Wayne Debono, Sven Borg u Cole Tabone li żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Referees kienu Stefania Bonnici u Tesmarie Busuttil.

San Ġwann għelbu lil Sliema Wanderers 7-4 f’logħba ferm interessanti. Dawn it-tliet punti kienu ferm importanti għat-tim bil-flokkijiet sofor minħabba li tellgħuhom fit-tieni post tal-klassifika.

Noah Cassar, Benjamin Borg Cardona u Leeon Attard skorjaw doppjetta kull wieħed sabiex Jacob Paris għaqqad l-iskor għat-tim tiegħu.

Il-Blues baqgħu bil-logħba b’gowls ta’ Gianluca Gauci, Vasil Petkov Zlatev u Marco Baldacchino.

Referees kienu Stefania Bonnici u Tesmarie Busuttil.

KLASSIFIKA – SEZZJONI A

Mosta 13, San Ġwann 11, Floriana 10, Naxxar Lions 7, Sliema Wanderers 6, Pieta’ Hotspurs 4, Marsaskala 0.

KLASSIFIKA – SEZZJONI B

Żabbar St Patrick 15, Marsaxlokk, Luqa St Andrew’s 12, Lija Athletic, Pembroke Athleta 6, Birżebbuġa Windmills 3, Qrendi 0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport