Saturday, March 15, 2025

Futsal U16: San Ġwann jeliminaw lil Pieta’ Hotspur wara l-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

San Ġwann avvanzaw għal round ieħor tal-FUEL 10K KO hekk kif għelbu lil Pieta’ Hotspurs 8-7 wara l-għoti tal-penalties.

Kienet logħba ferm bilanċjata u emozzjonanti bi Pieta’ li rnexxielhom jirkupraw ir-riżultat wara li kienu 3-1 minn taħt. Huma saħansitra dawru l-iskor għal 4-3 għalkemm San Ġwann ġabu d-draw bil-logħba li marret għall-penalties fejn dawn tal-aħħar kienu iktar preċiżi.

Fil-ħin regolamentari, Leeon Attard, Michael Borg Hedley, Noah Cassar u awtogowl ta’ Zac Borg skorjaw il-gowls ta’ San Ġwann bi Pieta’ li kellhom lil Danny Sammut Smith li skorja doppjetta personali b’Gianluca Camilleri u Kuylon Aquilina li sabu x-xibka.

Referees kienu Andrea Naudi u Sara Kankaras.

Sadanittant illum ikompli l-Fuel 10K Under 16 League fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, fejn fil-4.45pm, Birżebbuġa Windmills jiltaqgħu kontra Marsaxlokk filwaqt li fis-6pm, Pieta’ Hotspurs jiltaqgħu kontra Naxxar Lions.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport