Wednesday, July 24, 2024

Futsal: University of Malta ACJ Group jibqgħu konsistenti

Aqra wkoll

University of Malta ACJ Group baqgħu jżommu l-forma brillanti tagħhom fl-Enemed Futsal League meta rebħu s-sitt logħba konsekuttiva tagħhom wara skor ta’ 13-4 kontra Ta’ Xbiex Futsal.

It-tim immexxi minn David Bobokhidze kellu t-tieni parti tal-logħba li fiha ddomina għal kollox lill-avversarji tiegħu.

Min-naħa tagħhom, Ta’ Xbiex baqgħu fil-logħba biss sal-ewwel taqsima fejn imbagħad l-għejja bħal donnha għamlet tagħha bit-tim jikkrolla fit-tieni taqsima.

Il-Brażiljan Kaue Meggiato skorja hat-trick, il-kompatrijott Guilherme Fonseca u Leo Muscat skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Steven Camilleri, Paul Scerri, Dale Valletta u awtogowls ta’ Stefi Cale, Jason Gauci u Glenn Bonello għaqqdu l-iskor għall-Universitarji.

Stefi Cale skorja tripletta għal Ta’ Xbiex b’Jason Gauci jżid ieħor.

Referees: Clinton Cassar, Jude Amin Utulu.

Iċ-champions Luxol iddominaw għal kollox il-konfront tagħhom kontra Gżira United Santa Margerita hekk kif rebħu 12-1.

Il-captain Mark Zammit kien awtur ta’ tripletta f’din il-partita u b’hekk laħaq ukoll rekord ta’ 200 gowl bil-flokk ta’ Luxol f’disa’ staġuni.

Everton Veve u Luke Gatt kienu awturi ta’ doppjetta personali filwaqt li Matthew Attard, Celino Alves, Jean Noel Azzopardi, Andy Mangion u Robert Stoyanov niżżlu isimhom fil-ktieb tal-iskorers ukoll.

Yessous Camilleri skorja l-uniku gowl għall-Gżirjani.

Referees: Stephen Vella, Marco La Rosa.

ŻRQ Bormla irritornaw għar-rebħ għalkemm xejn ma sabuha faċli kontra Birżebbuġa St Peter’s Futsal bl-iskor finali jkun dak ta’ 6-3.

Sa tmien l-ewwel taqsima, il-Bormliżi kienu żewġ gowls minn fuq u għalkemm komplew jiskorjaw, it-tim min-naħa t’isfel ta’ Malta dejjem baqgħu fil-logħba.

Darko Ristic skorja doppjetta għal ŻRQ Bormla bil-goalkeeper Norvic Deguara, Chris Cardona, Karl Luke Schembri u Mohamed Elamari li wkoll sabu x-xibka.

Hamza Harrat, Isaac Ciranna u Denim Parnis naqqsu l-marġni tal-iskor għal Birżebbuġa.

Referees: Stephen Vella, Marco La Rosa.

Swieqi United Futsal kisbu r-raba’ rebħa staġjonali wara skor ta’ 8-0 kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena.

Isaac Buhagiar skorja tliet gowls bi Gregory Busuttil u Justin Theuma jsibu x-xibka darbtejn kull wieħed. Kyron Borg Spiteri wettaq awtogowl sabiex żiedu l-iskor għat-tim immexxi minn Dylan Micallef.

Referees: Stephen Vella, Marco La Rosa.

Fl-iktar partita bilanċjata li kellna matul dan tmiem il-ġimgħa, Sliema Futsal u Marsaskala temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw spettakolari ta’ 7-7.

Il-plejer Iranjan Amir Ashtiyani skorja ħames gowls għall-Iskalin bi Craig Pickard u Dylan Caruana jkomplu jżidu l-iskor għat-tim tagħhom.

Is-Slimiżi minkejja li kienu dejjem minn taħt, xorta għarfu jwettqu reazzjoni fejn Kevin Sammut kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Wallace Oliveira Santos, Benjamin Battistino u Juan Poveda u awtogowls ta’ Zack Cocker u Gallen Mifsud tawhom punt minn dan il-konfront.

Referees: Stephen Vella, Marco La Rosa.

KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE

University of Malta ACJ 18, ŻRQ Bormla, Luxol 13, Ta’ Xbiex, Swieqi 12 , Birżebbuġa 9, Futsal Selection U19 7, Sliema Wanderers 5, Marsaskala 4, Gżira United Santa Margherita, Futsal Selection U18 3, Santa Venera Lightnings 0

Ekonomija

Sport