Missier Neymar Junior tkellem dwar ibnu u kif bħalissa jinsab xi ftit konfuż x’se jkun il-pass ‘il quddiem. Hu sostna li rċieva ħafna offerti minn timijiet ta’ kull kontinent iżda ibnu jinsab konċentrat sabiex jirkupra fiżikament wara l-aħħar injuries li kellu.
Hemm saħanistra spekulazzjoni li qed tgħid li Neymar jista’ wara kollox jibqa’ mal-klabb proprja tiegħu Al Hilal għalkemm ħafna sostnew li għadu kmieni biex wieħed jitkellem qabel Jannar.