L-eks kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate ingħata t-titlu ta’ Sir mir-Re Karlu t-Tielet tal-Ingilterra wara l-kontribut li lit-Three Lions meta mexxihom għal tmien snin sħaħ. Iċ-ċerimonja saret f’Buckingham Palace u fiha ġew ippremjati diversi persuni oħra.
Southgate ngħata t-titlu ta’ Kavallier tal-Ordni tal-Imperu Brittaniku u ħafna faħħru lil dan l-eks plejer li minkejja kull sitwazzjoni mexxa lit-tim Ingliż għal 102 partiti fejn wassalhom ukoll għal żewġ finali tal-kampjonat Ewropew 2021 u 2024.