Id-direttur sportiv ta’ Barcelona Deco ikkonferma li l-midfielder ċentrali tagħhom Gavi se jirritorna lura fil-grawnd fil-jiem li ġejjin wara li ilu nieqes mit-tim għal dawn l-aħħar għaxar xhur. Fil-fatt, il-plejer ta’ 20 sena kien weġġa’ l-ligament ta’ siequ waqt logħba f’Novembru li għadda hekk kif Spanja lagħbu kontra Georgia.
Gavi kien qed jagħmel ħafna fiżjoterapija, bit-tobba jgħidulu li għamel progress enormi u li fil-jiem li ġejjin se jkun anke għad-dispożizzjoni tal-kowċ Hansi Flick.
Mill-2021 ‘l hawn, Gavi lagħab 82 partita u skorja ħames gowls.