Monday, December 23, 2024

Gerard Pique akkużat b’korruzzjoni

Aqra wkoll

Skandlu ġdid fi Spanja hekk kif l-eks difensur Spanjol Gerard Pique qed jiġi akkużat li ħa sehem f’eżerċizzju ta’ korruzzjoni. Kollox imur lura għas-sena 2020 meta l-federazzjoni Spanjola mmexxija mill-eks president Luis Rubiales laħqu ftehim ma’ xi uffiċjali mill-Arabja Sawdija sabiex is-Super Cup Spanjola ssir f’dan il-pajjiż fis-snin li ġejjin.

Ġie rrappurtat li Pique ħa somma ta’ madwar €4 miljun minn taħt li kienet diretta lejn il-kumpanija ta’ divertiment li jmexxi bħala kummissjoni biex hu jkollu qligħ minnha. Dak iż-żmien hu kien għadu jilgħab ma’ Barcelona.

Minnufih bdew l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ li kompla jitfa’ dell xejn sabiħ lejn il-futbol Spanjol li qed ikollu ħafna minn dawn l-affarijiet.

Ekonomija

Sport