Saturday, December 21, 2024

Ġermaniż jinstab mimli demm wara argument f’Paceville

Aqra wkoll

Żagħżugħ Ġermaniż ta’ 20 sofra ġrieħi gravi wara li fis-sigħat bikrin ta’ dan il-lejl kien involut f’argument f’Paceville. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15 a.m. fi Triq Santa Rita.

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fil-post indikat lilha fejn ġie nnutat raġel mimli demm. Minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li r-raġel, li huwa Ġermaniż ta’ 20 sena, kien x’aktarx involut f’argument ma’ xi persuni oħra fejn allegatament qala’ xi daqqiet u sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

Minn investigazzjonijiet ulterjuri li saru fuq il-post, il-Pulizija identifkat żewġt irġiel li allegatament kienu involuti fl-argument u ttieħdu l-lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport