Thursday, April 25, 2024

L-Ażerbajġan jgħid li nqatlu jew indarbu aktar minn 2,000 suldat tal-Armenja fi ftit jiem

Aqra wkoll

L-Ażerbajġan qal li rnexxielu jeqred sistema missilistika tal-Armenja f’attakk, filwaqt li darab jew qatel aktar minn 2,000 suldat mill-qawwiet tal-Armenja fi ġlied qalil fir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh.

L-Armenja min-naħa tagħha qed tiċħad dawn iċ-ċifri.

Il-Ministru għad-Difiża tal-Ażerbajġan qal li madwar 2,300 suldat “tal-għadu” nqatlu jew indarbu mindu beda l-ġlied nhar il-Ħadd li għadda. Uffiċjali militari żiedu jgħidu li sistema missilistika tal-Armenja tat-tip S-300 inqerdet fKarabakh. Dan flimkien ma’ madwar 130 tank tal-gwerra u 200 arma tal-artillerija.

L-Ażerbajġan huwa appoġġjat mit-Turkija, bil-mexxej Tork Recep Tayyip erdogan jordna lill-Armenja biex iġġib fi tmiemha l-“okkupazzjoni” ta’ Karabakh. Nhar it-Tlieta li għadda l-militar tal-Armenja qal li ajruplan tal-gwerra tat-tip Su-25, li jifforma parti mill-qawwiet tal-ajru tagħha, twaqqa’ minn ajruplan militari Tork. Kemm Ankara u kif ukoll Baku ċaħdu dan.

Sport