Wednesday, July 24, 2024

Getafe jridu jestendu l-perjodu ta’ self ta’ Mason Greenwood

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Getafe Jose Bordalas ikkonferma li l-klabb se jipprova jestendi ż-żmien ta’ self ta’ Mason Greenwood li tant irnexxa ma’ dan it-tim kemm ilu li ngħaqad magħhom.

L-attakkant proprjeta ta’ Manchester United skorja sitt gowls f’24 partita mat-tim Spanjol u jinsab kuntent f’Estadio Coliseum.

Anke l-partitarji akkaniti ta’ Getafe laqgħu sew lil dan l-attakkant Ingliż u jidher li l-estensjoni ta’ self tiegħu għall-istaġun li ġej hi biss formalita’.

Ekonomija

Sport