Monday, April 29, 2024

GĦAD HAWN KAŻI TA’ SFRUTTAMENT TA’ CARERS

Aqra wkoll

Il-GWU tressaq każ quddiem id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali

Minkejja l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema, is-settur privat tal-carers għadu f’sitwazzjoni prekarja fejn xi wħud mill-ħaddiema f’dan il-qasam, fil-parti l-kbira tagħhom barranin, qed ikunu sfruttati u mċaħħdin minn dak li huwa tagħhom bi dritt skond il-liġi tax-xogħol.

Fil-fatt ftit tal-jiem ilu, it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU waslulha ilmenti minn carers min-Nepal li ġew ingaġġati f’Awwissu li għadda b’kuntratt indefinit u b’paga ta’ €200 fil-ġimgħa, madankollu dawn qed jitħaddmu b’kundizzjonijiet miżeri tax-xogħol.

Dawn il-carers, li resqu għand il-GWU, ilmentaw li mhumiex jingħataw l-leave annwali u leave għal waqt il-mard u li s-sigħat li jaħdmu wara l-ħin normali mhumiex jitħallsu tiegħu bħala sahra bil-konsegwenza li ma jingħatawx il-ħlas kemm suppost.

Dan ukoll huwa rifless fil-fatt li l-paga tagħhom tingħatalhom fi flus f’idejhom bla ma jingħataw ‘payslip’ kif rikjest bil-liġi.

Il-GWU ressqet dan il-każ għall-attenzjoni tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet industrijali biex jirrimedja għan-nuqqasijiet li qed isofru dawn il-ħaddiema minn min qed jimpjegahom.

Sport