Tuesday, April 16, 2024

AĠĠORNAT: Imut wara li waqa’ f’taraġ ta’ residenza fis-Swieqi

Aqra wkoll

Anzjan miet wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’residenza li tinsab fi Triq il-Qasam fis-Swieqi.

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel ta’ 87 sena residenti s-Swieqi kien waqa’ f’taraġ ta’ residenza.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza sabiex jassistu lill-anzjan sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Il-pulizija fi stqarrija maħruġa minnha fl-aħħar ħin ikkonfermat li r-raġel miet waqt li kien qiegħed għall-osservazzjoni fl-Isptar Mater Dei.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella li fetħet inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport