Tuesday, April 30, 2024

AĠĠORANAT: Jindarab gravi f’inċident bil-mutur fir-Rabat

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.00 fi Triq Ġorġ Borg Olivier biswit Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur Peugeot Kisbee misjuq minn barrani ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Is-sewwieq tal-mutur irriżulta li sofra minn ġrieħi gravi f’dan l-inċident.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni fuq il-każ.

Sport