Monday, December 9, 2024

Għada finali deċiżivi fil-Blackball

Aqra wkoll

Wara l-perjodu ferm intensiv aktar kmieni dan ix-xahar bit-tazza tad-dinja li saret f’pajjiżna, il-Malta Blackball Federation kompliet bl-istaġun intensiv tagħha hekk kif bħalissa qed it-tieni turnew ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tan-nazzjonijiet 2025.

Fil-kategorija tal-irġiel illejla se jkun hemm is-semifinali fejn Clint Azzopardi jilgħab kontra Clayton Castaldi filwaqt li Alessio Magro jaffaċċja lil Leon Azzopardi. Il-finali hi skedata għal għada fis-7.30pm.

Għada tintlagħab ukoll il-finali tal-kategorija seniors fejn Duncan Edward jilgħab kontra Lee Grima. Sabiex waslu għal dan l-istadju, Edwards elimina lil Joseph Tabone 9-8 filwaqt li Grima elimina lil Cajetan Fauzza 9-4.

Fil-Masters 50+, Antoine Aquilina se jkun qed jistenna l-avversarju tiegħu fil-finali hekk kif illejla tintlagħab is-semifinali bejn Brian Grech u Jesmond Schembri. Aquilina wasal sal-finali wara li għeleb lil Jason Mangion 8-5.

Fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena, il-finalisti t’għada huma Casdy Vella u Matthias Debono. Vella għeleb lil Chaylon Castaldi 8-5 filwaqt li fis-semifinali l-oħra, Matthias Debono kiseb rebħa ta’ 8-2 kontra Neil Caruana.

Finalment fit-turnew ta’ taħt il-15-il sena, Jake Castaldi u Denzel Falzon se jilagħbu l-finali t’għada.

Castaldi għeleb l-oppożizzjoni ta’ Dielyn Edwards 8-5, b’Denzel Falzon li jegħleb lil Shazen Ciantar bl-istess skor.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport