Monday, December 9, 2024

Il-Kanada, il-Messiku u ċ-Ċina jwieġbu għat-theddid tat-tariffi Trump

Aqra wkoll

Il-Kanada, il-Messiku u ċ-Ċna, l-akbar tliet sħab kummerċjali tal-Amerika, wissew li l-theddida tal-President elett tal-Istati Uniti Donald Trump li jimponi tariffi kbar fuqhom tista’ tfixkel l-ekonomiji tal-erba’ pajjiżi kollha. It-tliet pajjiżi wissew li tariffa waħda tqanqal oħra bi tweġiba u tpoġġi n-negozji komuni f’riskju. 

Trump wiegħed nhar it-Tnejn filgħaxija li jintroduċi tariffi ta 25% fuq oġġetti  impurtati mill-Messiku u l-Kanada u 10% addizzjonali fuq oġġetti li ġejjin miċ-Ċna u qal li l-għan tiegħu hija li jitrażżnu d-droga u l-immigrazzjoni illegali.

Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau tkellem ma’ Trump fis-sigħat wara t-tħabbira ta’ Trump u ppjana  laqgħa mal-mexxejja provinċjali tal-Kanada li saret il-bieraħ l-Erbgħa biex jiddiskuti magħhom ir-rispons tal-pajjiż. Il-mexxejja tal-provinċji Kanadiżi ssuġġerew li jimponu t-tariffi  hukma stess fuq l-Istati Uniti.

Trudeau qal li f’telefonata ma’ Trump, ddiskuta l-kummerċ u s-sigurtà tal-fruntieri, bil-Prim Ministru Trudeau jindika li n-numru ta’ migranti li jaqsmu l-fruntiera Kanadiża kien ferm iżgħar meta mqabbel mal-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. It-tim ta’ Trump iżda rrifjuta li jikkonferma li saret dik it-telefonata.

Il-President tal-Messiku Claudia Sheinbaum qalet nhar it-Tlieta li la theddid u lanqas tariffi ma jsolvu l-fenomenu tal-migrazzjoni jew il-konsum tad-droga fil-Istati Uniti. Waqt li qrat minn ittra li qalet li se tibgħat lil Trump, Sheinbaum wissiet ukoll li l-Messiku se jirritalja billi jimponi t-taxxi huwa stess fuq l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti. 

Sheinbaum, li ħadet il-kariga x-xahar li għadda, innotat li l-manifatturi tal-karozzi tal-Istati Uniti jipproduċu wħud mill-partijiet tagħhom fil-Messiku u l-Kanada u għalhekk, jekk it-tariffi jogħlew, se jkunu l-kumpaniji Amerikani, bħal General Motors li jweġġgħu l-aktar.

Sadanittant, kelliem għall-ambaxxata taċ-Ċna f’Washington, Liu Pengyu, qal lill-BBC li “il-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali bejn iċ-Ċna u l-Istati Uniti hija  ta’ benefiċċju reċiproku. Fl-istess waqt huwa ċaħad li ċ-Ċna tippermetti li kimiċi użati fil-manifattura ta’ drogi illegali, inkluż fentanyl, jiġu mdaħħla b’kuntrabandu lejn l-Istati Uniti.

Bħalissa, maġġoranza ta ‘dak li ż-żewġ pajjiżi jbiegħu lil xulxin hija soġġetta għal tariffi ta 66.4% tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti miċ-Ċna u 58.3% tal-importazzjonijiet Ċniżi mill-Istati Uniti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport