Sunday, May 12, 2024

Għada jibda jitqassam ċekk ieħor lill-ħaddiema tal-privat u self-employed li jaħdmu ħinijiet atipiċi

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol iħabbar li minn għada, it-Tnejn 4 ta’ Diċembru 2023, madwar 25,000 ħaddiem tal-privat u self-employed se jibdew jirċievu bil-posta d-dar ċekk ieħor ta’ €150. Minn dan il-benefiċċju jgawdu ħaddiema u self-employed fis-settur privat li jaħdmu bix-xift, fi tmiem il-ġimgħa jew wara s-sitta ta’ filgħaxija u li d-dħul tagħhom ma jeċċedix l-€20,000 fis-sena.

Din il-miżura li ġiet introdotta fil-Budget 2022 se tkun ħalliet fil-bwiet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin madwar €10 miljun f’sentejn. Dan iċ-ċekk jingħata kemm lill-ħaddiema li jaħdmu fuq bażi full-time u kif ukoll lil dawk il-ħaddiema li l-impjieg part-time tagħhom huwa l-impieg primarju.

Is-setturi eliġibbli f’din l-iskema huma l-Akkomodazzjoni u s-Servizzi tal-Ikel; is-Servizzi Amministrattivi u ta’ Sapport; il-Manifattura; it-Trasport u l-Ħażna; u l-Bejgħ bl-Ingrossa u bl-Imnut. Il-benefiċjarji jridu jkunu ilhom jaħdmu mal-istess intrapriża minn tal-inqas sitt xhur matul is-sena 2022.

Għal aktar informazzjoni wieħed huwa mħeġġeġ iċempel fuq freephone 153.

Sport