Saturday, May 4, 2024

“Għada mhu garantit għal ħadd … qatt ma nafu hux tal-aħħar”

Jingħataw l-aħħar tislima l-koppja maqtulin fil-Marsa ftit tal-jiem ilu

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu qabdu jinġabru n-nies fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja għall-funeral ta’ mara u raġel li madwar ġimgħa ilu nqatlu f’razzett fil-Marsa.

“Matul ħajjitna nagħmlu ħafna affarijiet mingħajr storbju. Għada mhu garantit għal ħadd. Meta nitkellmu ma’ min inħobbu ma nkunux nafu jekk din hux se tkun tal-aħħar”.

Dan qalu l-Arċipriet Norman Zammit fil-bidu tal-omelija, fejn kompla biex jgħid li din it-traġedja m’għandhiex tinġarr fil-qlub għax dawk l-aktar qrib tal-vittmi jistgħu jirrikorru għand il-ħallieq biex isibu l-faraġ li għandhom bżonn f’dan il-mument tant diffiċli għalihom.

Joe Bartolo, ta’ 73 sena mill-Gudja u magħruf bħala l-Babbakku, flimkien mas-sieħba tiegħu Carmen ta’ 60 sena, inqatlu fil-15 t’Ottubru li għadda.

Iddirisu Faisal, ta’ 34 sena mill-Ghana, qiegħed jiġi akkużat b’dan il-qtil doppju. Huwa ilu jgħix Malta mill-2008 u kien jgħix fi stalla fil-Marsa li hija taż-żewġ vittmi.

It-Tnejn li għadda filgħaxija tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat Dr. Abigail Critien fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih.

Sport