Temp previst għal għada l-Ħadd mistenni jkun bxi ħalba xita sas-sebħ li jsir ftit imsaħħab mal jum. Riħ qawwi forza 7 tul- il-lejl mil-Majjistral li jnaqqas għal forza 5 mas-sebħ u jkompli jnaqqas wara nofsinhar forza 4 dejjem mil majjistral.
Dan kien il-messaġġ li wassal Gordon Grech permezz tas-sit Aġġornament tat-Temp, wieħed mill-aqwa bassara tat-temp fil-gżejjer Maltin. Grech qal li t-temperatura l-ogħla tmiss 16°C u l inqas 11°C.