L-umpure tal-hockey Karl Chircop qed jirrappreżenta lil Malta fuq livell internazzjonali hekk kif ġie magħżul biex iservi jikkontrolla xi logħbiet fil-EuroHockey Club Challenge II li qed isir f’Toruń, il-Polonja.
Matul din il-kompetizzjoni, Chircop se jkun qed jikkontrolla diversi logħbiet li jinvolvu timijiet mill-Ungerija, il-Litwanja, Ġibiltà, Wales, l-Iżvezja u l-Polonja, kemm fil-fażi tal-gruppi kif ukoll fil-logħbiet ta’ klassifikazzjoni li se jsiru matul il-ġimgħa.
Din hija t-tieni darba li Karl Chircop intgħażel f’kompetizzjoni ta’ dan il-livell, wara l-esperjenza tiegħu fil-EuroHockey Challenge II li saret fit-Turkija fl-2023.
Dan il-pass ikompli juri l-iżvilupp kontinwu tal-umpires Maltin fix-xena internazzjonali, fejn qed jiksbu aktar opportunitajiet u esperjenza.

