Friday, May 22, 2026

Floriana Veterans jirbħu l-VMFA Super Cup

Aqra wkoll

Floriana kisbu tripletta ta’ suċċessi hekk kif rebħu s-Super Cup organizzata mill-Veterans Malta Football Association. Fil-finali li ntlagħbet fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ, huma għelbu lil Gżira United Veterans 12-2 f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar.

Il-Maroons bdew tajjeb u saħansitra marru fil-vantaġġ għalkemm il-Greens ftit dehru impressjonati hekk kif wara li ġabu d-draw, minn hemm ‘l hemm il-logħba ħadet żvolta oħra.

Il-plejer Brażiljan Diego Fernando Pereira skorja erba’ gowls bil-captain Manolito Micallef li kien awtur ta’ tripletta. Firas Aboulezz u Bojan Kaljevic skorjaw żewġ gowls b’Gilbert Scerri li wkoll niżżel ismu fost l-iskorers.

Kevin Sammut skorja l-uniċi żewġ gowls ta’ Gżira United.

B’hekk Floriana kisbu t-tielet unur tal-istaġun f’temp ta’ ftit ġimgħat hekk kif rebħu wkoll il-kampjonat kif ukoll il-kompetizzjoni Knock-Out.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport