Tuesday, December 24, 2024

Għada se tingħata l-aħħar tislima lil Frans Scicluna fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Frans Scicluna, l-anzjan li tilef ħajtu f’inċident li t-Tlieta li għadda, wara li waqa’ sular għoli waqt li kien fuq sellum f’garaxx privat, se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli, għada s-Sibt 2 ta’ Novembru fis-1:30 p.m

Intant bosta kienu dawk li sellmu l-memorja ta’ Frans, fejn iddiskrivewh bħala persuna dejjem bi tbissima fuq fommu u li dejjem lest li jgħin lil kulħadd.

Fost il-persuni li sellmu l-memorja tal-anzjan kien hemm id-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi li qal li kien għadu kemm kellmu dalgħodu stess.

“Int tibqa’ djamant. Imma mal-anġli qiegħed. Sbejjaħ wisq. Qalbek kbira”, temm Azzopardi.

Ekonomija

Sport