Dalgħodu l-ġenerazzjoni ż-żgħira qamet bl-aħbar traġika li l-eks membru tal-grupp “One Direction”, Liam Payne, miet fl-età ta’ 31 sena fl-Arġentina wara li waqa’ mit-tielet sular ta’ lukanda fi Buenos Aires.
Fi stqarrija uffiċjali dwar dan l-inċident mill-pulizija tal-post, ingħad li sabu l-kadavru ta’ Payne wara li ekwipaġġ tal-emerġenza rċevew telefonata għall-għajnuna.
Payne kien kiseb fama internazzjonali bħala membru tal-grupp mużikali magħmul minn ġuvintur fuq l-ispettaklu televiżiv “X Factor” lura fl-2010. Il-membri l-oħra ta’ dan il-grupp li kellu l-aktar segwaċi tfajliet, kienu Harry Styles, Louis Tomlinson, Naill Horan u Zayn Malik.
Aktar kmieni dan ix-xahar Payne attenda l-kunċert imtella’ fl-Arġentina mill-eks membri tal-One Direction, Niall Horan.