Wednesday, January 1, 2025

Għaddejja tfittxija għal passiġġieri li ħarbu minn fuq ajruplan li niżel b’emerġenza fl-Ajruport ta’ Malta

Aqra wkoll

Numru ta’ passiġġieri ħarbu minn fuq ajruplan li niżel b’emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Intnat bħalissa għaddejja tfittxija għal dawn il-persuni permezz tal-ħidma mill-Pulizija ta’ Malta u l-Forzi Armati ta’ Malta.

Kienet il-Pulizija li ġiet infurmata li ajruplan tal-linja nazzjonali tal-ajru, Turkish Airlines, talab li jinżel b’emerġenza minħabba li passiġġier Marokkin ilmenta minn emerġenza medika.

L-ajruplan għamel inżul ta’ emergenza, għal liema inżul l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta ma ġietx mitluba, u waqt li kien fuq ir-runway xi persuni abbord l-ajruplan taw is-salt u ħarbu mill-ajruplan.

Waqt li persuna minnhom ġiet arrestata, bħalissa għaddejja tfittxija fl-ajruport u fl-inħawi mill-pulizija u s-suldati biex jinqabdu dawk li għadhom maħruba

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport