Saturday, December 9, 2023

“Għal kull għadma f’pajjiżna hawn 10,000 kelb”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li l-gvern nesa l-edukaturi

Aqra wkoll

Gvern Nazzjonalista jagħti t-tama bil-viżjoni tiegħu għall-pajjiż u għalhekk fir-risposta tiegħu għall-budget 2024 huwa kellu d-dmir li juri l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista li jara l-bżonn ta’ bidla radikali. Huwa qal li l-ikbar problema li pajjiżna mhux jindirizza huwa ż-żieda bla kontroll tal-popolazzjoni. Dr Grech qal li filwaqt li l-gvern baqa’ jżid il-popolazzjoni, naqas milli jagħmel l-investiment li hemm bżonn u għalhekk skontu għal kull għadma hawn 10,000 kelb. 

Intervistat fuq NET FM, il-Kap Nazzjonalista qal li l-budget naqas milli jindirizza l-ħtiġijiet tas-settur b’Dr Grech jgħid li l-Gvern mhux iħares l-iprem riżorsa illi għandu li hija r-riżorsa umana. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Gvern abbanduna l-edukaturi u nesa għalkollox is-settur edukattiv f’pajjiż fejn min iħaddem qiegħed jilmenta li mhuwiex isib nies li huma mħarrġa.

Huwa rrefera wkoll għall-protest ġudizzjarju illi daħħal il-Partit Nazzjonalista b’rabta mal-ftehim għat-tmexxija tat-tliet sptarijiet minn Steward u kkritika lill-Kummissarju tal-Pulizija billi qal dan se jibqa’ jistenna l-Qorti tagħtih il-barka biex jinvestiga.

“Aħna ma qtajniex qalbna. Mimlijin enerġija biex nagħtuk Malta aħjar. Issa jiddependi minnek. Kompli saħħaħ il-Partit Nazzjonalista u l-vuċi tagħna u aħna nkomplu nsaħħu lilek”, temm Dr Grech.

Sport