“Ngħid grazzi kbira lil Dun Victor. Għalija mhux Dun Victor imma San Victor. Għalija huwa qaddis li ssallab għal Caritas, għalija l-ewwel wieħed u għal ħbieb tiegħi li kienu jagħmlu użu mid-droga. M’hemmx rimodju ieħor li tgħid u jien grat ħafna għalih”
Dan qalu kelliem li bħalissa qiegħed jagħmel programm tad-droga waqt programm televiżiv Popolin li kien propju ddedikat fuq il-ħajja ta’ Dun Victor Grech u li propju kienu bosta dawk li xerrdu l-memorji li kellhom ma’ Dun Grech.
Fl-istess messaġġ, dan ir-raġel qal ukoll li meta mar jarah San Blas ma daħalx għal darba imma għal darbtejn għax ma kienx konvint li Dun Victor Grech kien ħalliena.
Temm jgħid; ” Jiena kont, għadni u nibqa’ inħobbu lil Dun Victor”