Saturday, May 18, 2024

Għalija ma jimpurtax li niekol darba kuljum … l-importanti li wliedi jkollhom x’jieklu”

Mara Ingliża li għal dawn l-aħħar xahrejn bdiet tiekol ikla waħda kuljum

Aqra wkoll

Omm ta’ tlett itfal irrakkontat l-istorja tagħha dwar kif matul dawn l-aħħar xahrejn hija kielet ikla waħda biss kuljum biex ma tħallix lil uliedha bil-ġuħ. Dan minħabba li ma tistax tlaħħaq mal-għoli tal-ħajja.

Claire Pulfrey, mara ta’ 38 sena u single mother minn Grimsby, innutat kif il-prezz tal-elettriku żdied drastikament f’dawn l-aħħar ftit xhur — minn £10 fil-ġimgħa fil-bidu tas-sena, għal £25 fiż-żmien preżenti.

Claire tispjega kif minħabba l-għoli tal-ħajja, hija kienet kostretta li tiekol darba biss kuljum — l-ikla ta’ filgħaxija: “F’Jannar li għadda bdejt naqbeż il-kolazzjon minħabba li ma bdewx iservuni l-flus. F’April, il-kontijiet tad-dawl bdew jogħlew u ddeċidejt li ma nibqax niekol l-ikla ta’ nofsinhar … Għalija ma jimpurtax li niekol ikla waħda biss kuljum; l-importanti li wliedi jkollhom x’jieklu”.

L-omm kompliet tgħid li meta jkollha xi ħaġa tal-flus “żejda”, tiekol biċċa sandwich, imma dan huwa rari ħafna għaliha. “Qabel kont nieħu sandwich, daqsxejn yoghurt, ftit frott jew pakkett crisps, imma bħalissa qed nipprova nissaporti bil-ġuħ sakemm jasal il-ħin għall-ikla ta’ filgħaxija”.

Hija tispjega li jekk it-tfal li ġejjin minn familji batuti jingħataw ikel b’xejn waqt il-ħin tal-iskola, dan iservi ta’ sostenn għall-ġenituri tagħhom għaliex ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jkissru moħħhom biex jaraw minn fejn se jġibu l-flus għal-lunch tal-iskola.

Barra minn hekk, Claire ssostni li dan iservi biex il-ġenituri li jkunu għaddejjin minn problemi finanzjarji jifdlilhom xi ħaġa żgħira biex ikunu jistgħu jħallsu l-kontijiet jew biex jixtru l-ikel għad-dar.

Sport