Thursday, April 25, 2024

“Għandna nuru solidarjetà billi nsegwu l-miżuri kontra l-Covid-19”

Aqra wkoll

It-turija tas-solidarjetà waqt il-pandemija tal-Covid-19 tinkiseb billi wieħed isegwi d-direttivi tal-awtorità ts-saħħa u billi nieħdu ħsieb xulxin. Qal dan l-Arċisqof Charles Scicluna llum fl-Omleija waqt il-Quddiesa biex jiġi ċċelebrat Jum l-Indipendenza.

Huwa għamel dan l-appell wara li matul din il-ġimgħa kienu sebgħa l-anzjani li tilfu ħajjithom kaġun tal-Covid-19.

L-Arċisqof Scicluna bbaża l-omelija tiegħu fuq is-seba’ prinċipji għall-fejqan:  il-prinċipju tad-dinjità tal-persuna, il-prinċipju tal-ġid komuni, il-prinċipju tal-għażla preferenzjali tal-foqra, il-prinċipju tad-destinazzjoni universali tal-ġid, il-prinċipju tas-solidarjetà, il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-prinċipju tal-għożża għad-dar komuni tagħna. Dawn is-serje ta’ katekeżi bit-tema “Infejqu lid-Dinja” nbdew mill-Papa Franġisku fil-5 ta’ Awwissu li għadda.

Mons. Scicluna għamel ukoll referenza għall-immigrazzjoni, u qal li din hija r-riżultat tal-faqar.

Tenna wkoll li “b’risposta għall-pandemija, fuq livell dinji Malta għandha tkun vuċi ċara sabiex meta jinstab vaċċin, kulħadd ikollu sehem minn dak li jkunu pproduċew pajjiżi li forsi huma ħafna ikbar u iżjed sinjuri mill-oħrajn.”

Sport