Tuesday, May 14, 2024

Għawm Dinji: Iċ-Ċinizi jkomplu jiddominaw fil-qbiż

Aqra wkoll

L-atleti tal-qbiż Ċiniżi komplew jiddo­minaw din id-dixxiplina meta biż-żewġ midalji li rebħu l-Ħamis fil-għaxija huma għamluhom disgħa minn disgħa tad-deheb. Iċ-Ċiniżi rebħu midalja fil-kategorija tal-irġiel u oħra f’tan-nisa.

Fl-10m platform sinkronizzat kienet Chen Yuxi li ħadet id-deheb b’417,15 punti, bil-fidda tmur għand Ċiniża oħra, Quan Hongchan b’416.95 punti u l-bronż ħaditha l-Malasjana Pandelela Rinong bi 332.58 punti.

L-avveniment tal-irġiet kien l-1m springboard fejn kien iċ-Ċiniż, Wang Zongjuan, li rebaħ id-deheb b’493.30 punti, il-Britanniku Jack Laugher ħa l-fidda b’426.95 punti u l-bronż Li Shixin tal-Awstralja bi 395.40 punti.

Sport