Tuesday, May 14, 2024

Wimbledon: Il-favoriti ma jfallux

Aqra wkoll

Iż-żewġ super stilel, Rafael Nadal u Novak Djo­kovic, immaniġġaw triqit­hom lejn it-tielet round tat-tournament tat-tennis ta’ Wimbledon  meta warrbu l-isfida ta’ Rikardas Beran­kis tal-Litwanja u ta’ Miomar Krecmanovic f’dak li kien konfront kollu Serb.

Nadal kompla bl-insegwiment tiegħu għat-tielet titlu konsekuttiv tal-Grand Slam b’rebħa b’erba’ sets fuq il-Litwan, Ricardas Berankis, bl-Ispanjol seed numru 2, ta’ 36 sena, jegħleb lill-player fil-106 post fir- rankings tad-dinja, 6-4 6-4 4-6 6-3, u issa jiltaqa’ kontra t-Taljan Lorenzo Sonego.

Iċ-champion renjanti Djo­­kovic, 35 sena, għadda għall-aħħar 16 b’rebħa komda ta’ 6-0 6-3 6-4 fis-Centre Court li fiha tilef seba’ games biss biex kiseb l-24 rebħa konsekuttiva fuq courts b’wiċċ tal-ħaxix tant li l-aħħar telfa li sofra kienet kontra Marin Cilic fil-finali tal-Queen’s fl-2018.

Issa ċ-champion sitt darbiet f’SW19 se jilgħab kontra l-wildcard Olandiż, Tim van Rijthoven li min-naħa tiegħu għeleb lil Nikoloz Basilashvili ta’ Georgia, 6-4 6-3 6-4.

Iż-żagħżugħ Spanjol, Car­­los Alcaraz, kompla jav­vanza wkoll meta kiseb rebħa faċli  kontra l-Ġerma­niż, Oscar Otte, bil-punteġġ ta’ 6-3 6-1 6-2.

L-Amerikan Frances Tiafoe warrab l-isfida ta’ Alexander Bublik tal-Kazakhstan meta għelbu f’erba’ sets, 3-6 7-6 (7-1) 7-6 (7-3), 6-4. Il-kompatrijott ta’ Tiafoe, Tommy Paul, kompla għaddej meta għeleb liċ-Ċek, Jiri Vesely, 6-3 6-2 6-2.

It-tielet seed fill-kategorija femminili, it-Tuneżina Ons Jabeur, uriet il-ħila u l-varjetà tagħha biex tilqa’ lill-partitarji ta’ Wimbledon fi triqitha biex tilħaq ir-raba’ round.

Jabeur, 27 sena, iddominat l-iskambji bikrija u dan stabbilixxa l-pjattaforma għal rebħa 6-2 6-3 fuq l-adoloxxenti Franċiża, Diane Par­ry, fis-Center Court.

Issa Jabeur se tiffaċċja lill-Belġjana Elise Mertens li għelbet liċ-champion tal-2018, Angelique Kerber, bil- punteġġ ta’ 6-4 7-5.

Fir-raba’ round ingħaqdet magħha l-Latvjana seed numru 12, Jelena Ostapenko, li ġiet minn set minn taħt biex għelbet lir-Rumena, Irina-Camelia Begu, 3-6 6-1 6-1.

Din timmarka l-ewwel darba li hija laħqet l-aħħar 16 ta’ Grand Slam mill-mixja tagħha fl-2018 għas- se­mi-finali ta’ Wimbledon.

L-eks champion tal-French Open, Ostapenko, se jiffaċċja lill-Ġermaniża, Tatjana Maria, li għelbet lis-seed numru 5, il-Griega Maria Sakkari, 6-3 7-5.

Il-Brittanika Heather Wat­son laħqet l-aħħar 16 ta’ Grand Slam fis-singles għall-ewwel darba hekk kif għelbet lil Kaja Juvan tas- Slovenja 7-6 (8-6) 6-2.

L-Ingliża numru 121 fid-dinja għolliet dirgħajha ’l fuq b’ċelebrazzjoni hekk kif rreżistiet l-isforzi tard ta’ Juvan biex ikkonvertiet l-ewwel match point tagħha f’rebħa ta’ 7-6 (8-6) 6-2.

Watson, 30 sena, issa tilgħab kontra l-Ġermaniż Jule Niemeier li tinsab fis-97 post, fir-raba’ round, wara li din għelbet lil Lesia Tsurenko tal-Ukrajna 6-4 3-6 6-3.

Riżultati oħra huma:

IRĠIEL 

It-tieni round: Brandon Nakishima (US) v Denis Shapovalov (Kanada) 6-2, 4-6 6-1 7-6 (8-6); Jason Kubler (Awstralja) v Dennis Novak (Awstrija) 6-3, 6-4 6-4); Jenson Brooksby (US) v Benjamin Bonzi (Franza) 7-6 (7-3) 7-5 6-3; Alex De Minaur (Awstralja) v Jack Dra­per (Britannja) 5-5 7-6 (7-0) 6-2 6-3; Daniel Galan (Ko­lumbja) w/o Roberto Bautista Agut.

NISA

It-tieni round: Alize Cornet (Franza) v Claire Liu (US) 6-3 6-3; Frech (Polonja) v Beatrix Haddad Maia (Brażil) 6-4 6-4; Zheng Shuai (Ċina) v Greet Mennen (Belġju) 6-4 6-1; Petra Martic (Kroazja) v Kristina Kucova (Slovakkja) 7-6 (7-4) 6-3; Barbora Krejcikova (Rep. Ċeka) v Gobulic (Svizzera) 6-3 6-4.

Sport