Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Għaxaq iżommu rekord perfett fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Boċċi

Għaxaq iżommu rekord perfett fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Boċċi

0
10

Hekk kif intlagħbet id-disa’ ġurnata tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Boċċi, Għaxaq komplew isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fil-quċċata tal-klassifika wara rebħa ta’ 21-15 fuq Buġibba, biex irreġistraw id-disa’ rebħa konsekuttiva tagħhom tal-istaġun.

St. Peters Żabbar baqgħu fit-tieni post wara suċċess ta’ 21-10 kontra Santa Venera, filwaqt li Msida kisbu rebħa importanti barra minn darhom kontra Żejtun bl-iskor ta’ 21-15. Birkirkara għelbu lil San Ġwann 21-6, Żurrieq kienu superjuri għal Lija tant li rebħu 21-5, filwaqt li Qormi San Bastjan kisbu rebħa konvinċenti ta’ 21-4 kontra Żebbuġ.

Hekk kif fadal żewġ logħbiet qabel jintemm l-ewwel round, il-ġlieda fin-naħa t’isfel tal-klassifika qed issir dejjem aktar interessanti, b’diversi timijiet separati b’distakk minimu ta’ punti.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIŻJONI:

Għaxaq 9, St Peter’s Żabbar 8, Msida 7, Żejtun, Żurrieq, Lija 5, Birkirkara 4, Santa Venera 3, Buġibba, San Ġwann, Qormi San Bastjan, Żebbuġ 2.